Mistoqsijiet Frekwenti (FAQs)
Informazzjoni Ġenerali
Din il-pjattaforma hija mfassla għal kull min huwa interessat fil-ġustizzja – studenti, edukaturi, professjonisti, attivisti tal-komunità, jew individwi li sempliċement jixtiequ jifhmu kif jaħdmu s-sistemi tal-ġustizzja u kif jaffettwaw is-soċjetà.
Le, m’hemmx bżonn għarfien legali minn qabel. Il-kontenut huwa strutturat għal livelli kollha. Il-korsijiet disponibbli fuq l-interface pubbliku huma mingħajr ħlas; madankollu, jekk għandek aċċess reġistrat, il-korsijiet huma mfassla għall-professjonisti legali.
Iva. Tista’ tibda, twaqqaf u tkompli t-tagħlim meta tixtieq. Il-progress jiġi ssejvjat awtomatikament.
Jiġi offrut ċertifikat komplut għall-korsijiet kollha fuq is-sit b’aċċess reġistrat. Ladarba tlesti kors fuq is-sit b’aċċess reġistrat, iċ-ċertifikat tiegħek jiġi ġġenerat awtomatikament u jkun disponibbli biex jitniżżel. Id-deskrizzjonijiet tal-korsijiet jindikaw jekk jinkludux ċertifikazzjoni. Dokumentarji qosra u infografiċi ma joffrux ċertifikati kompluti.
Il-kontenut online jiġi pprovdut permezz tal-HELP, il-CoE u l-ERA u għalhekk huwa żviluppat minn esperti fis-settur. Il-kontenut maħluq minn TEMI ġie żviluppat u rivedut minn esperti fil-liġi, il-ġustizzja u x-xjenzi soċjali. Is-sorsi jiġu b’referenza u l-materjal jiġi aġġornat regolarment biex jirrifletti l-għarfien u l-prattiki attwali.
Il-korsijiet tal-HELP, il-CoE u l-ERA huma akkreditati mill-istituzzjoni rispettiva jew minn korpi professjonali.
Le, il-komunikazzjoni mal-esperti jew mal-lecturers mhix possibbli.
Aċċess għall-Pjattaforma u Użu Tekniku
Il-kontenut kollu fuq TEMI huwa bla ħlas.
Iva, din il-pjattaforma taħdem tajjeb fuq il-mowbajl, tablets u desktops. Dan jiżgura li tkun tista’ taċċessa t-tagħlim tiegħek u tipparteċipa fil-korsijiet minn kullimkien, kemm jekk tkun id-dar kif ukoll jekk tkun barra.
Id-dashboard tiegħek turi:
• Il-korsijiet li bdejt
• Il-modules li lestejt
• Iċ-ċertifikati miksuba
• Korsijiet irrakkomandati li jistgħu jinteressawk
Il-kontenut fuq l-interface pubbliku (il-websajt) ma jeħtieġ ebda abbonament. Huwa possibbli li tirreġistra sabiex taċċessa kontenut aktar professjonali, li xorta jibqa’ pprovdut mingħajr ħlas.
Le. Il-kontenut kollu ta’ TEMI huwa disponibbli permezz ta’ konnessjoni wi-fi. Dokumenti li jappoġġjaw xi wħud mill-korsijiet jistgħu jitniżżlu fuq l-apparat elettroniku tiegħek u jkunu aċċessibbli mingħajr konnessjoni tal-internet.
Dan hu l-proċess biex utent ikun jista jirrisettja l-password tiegħu stess fil-pjattaforma Moodle TEMI:
1. Mur fil-‘Login’ tal-pjattaforma
- Iftaħ il-pjattaforma ‘Moodle TEMI’ tiegħek.
- Sib il-Link ‘Insejt l-‘username’ jew il-‘password’ tiegħek?’.
- Ikklikkja fuq dak il-link biex tiftaħ il-paġna tar-risettjar.
2: Daħħal id-Dettalji tal-Kont Tiegħek
- Fittex jew bil-‘username’ jew bl-indirizz elettroniku tiegħek.
- Ittajpja l-informazzjoni fil-post provdut.
- Ikklikkja l-buttuna Fittex.
3: Iċċekkja l-Indirizz Elettroniku Tiegħek
- Iftaħ l-‘inbox’ tal-indirizz elettroniku tiegħek.
- Fittex ‘email’ mis-sit ‘Moodle TEMI’.
- Jekk ma tirċevix l-email Iċċekkja l-‘folder’ tal-‘ispam’ jew tal-‘junk’.
4: Segwi l-Link tar-Risettjar
- Iftaħ l-email tar-risettjar tal-‘password’.
- Ikklikkja l-link sigur ġewwa l-messaġġ.
- Innota li dan il-link jiskadi wara ftit minuti.
5: Oħloq ‘Password’ Ġdida
- Ittajpja l-‘password’ il-ġdida tiegħek fil-post provdut.
- Ittajpjaha mill-ġdid biex tikkonferma l-ortografija.
- Ikklikkja fuq ‘Save changes’ biex tidħol awtomatikament.
Protezzjoni tad-Data u Privatezza
Il-pjattaforma tiġbor informazzjoni bażika tal-kont, bħall-ismek u l-emejl tiegħek, kif ukoll informazzjoni dwar dak li qed titgħallem, inkluż il-progress fil-korsijiet u r-riżultati tal-kwiżżis. Barra minn hekk, tista’ tiġi mitluba informazzjoni addizzjonali. Peress li TEMI tindirizza wkoll l-iżvilupp professjonali kontinwu (CPD), għal utenti li jaħdmu fi ħdan entitajiet tal-ġustizzja jew timijiet professjonali speċifiċi, tista’ tintgħalab informazzjoni dwar fejn taħdem u r-rwol tiegħek fi ħdan l-entita’ tiegħek. Jekk tattenti korsijiet obbligatorji mitluba mill-uffiċċju tiegħek, l-uffiċċju se jkun jaf li attendejthom.
Il-pjattaforma tagħna tuża sistema ta’ sigurtà (HTTPS) biex niżguraw li l-konnessjoni bejn l-utenti u s-sit tagħna tkun privata u sigura.
Jista’ jkun hemm qsim limitat ma’ fornituri ta’ servizzi ta’ fiduċja (eż. il-Kunsill tal-Ewropa u l-ERA għall-parteċipazzjoni fil-korsijiet tagħhom, ma’ min iħaddmek jekk il-kors ikun obbligatorju, jew għal fini t’analiżi) u dan biss sabiex il-pjattaforma taħdem sew. Dan il-qsim tad-data isir taħt ftehimiet speċifiċi dwar l-ipproċessar tad-data.
Id-data tinżamm fuq servers siguri li jikkonformaw mal-istandards internazzjonali tal-protezzjoni tad-data.
Iva. Tista’ titlob it-tħassir sħiħ tal-kont tiegħek u d-data personali assoċjata miegħu fi kwalunkwe ħin. Ladarba jiġi proċessat, dan ma jistax jiġi rrevokat.
Il-pjattaforma tosserva l-prinċipji tal-GDPR, li jinkludu trasparenza, ġbir ta’ data limitata, il-kisba tal-kunsens tal-utent, u d-drittijiet tiegħek li taċċessa, tikkoreġi jew tħassar id-data tiegħek.
Għajnuna u Soluzzjoni ta’ Problemi
Tista’ tikkuntattja lit-tim tal-għajnuna tagħna permezz tal-formola “Ikkuntattjana”, u wieħed mill-membri tat-tim tagħna se jwieġeb għall-mistoqsija tiegħek.
Jekk il-vidjow jew kors ma jinfetaħx, li terġa’ tiftaħ il-paġna jew tbiddel il-browser spiss issolvi l-problema. Jekk tibqa’ bil-problemi, it-tim tal-għajnuna jista’ jgħin biex jidentifika kwistjonijiet tekniċi.
L-għajnuna hija disponibbli permezz tal-formola “Ikkuntattjana” ġewwa l-pjattaforma, disponibbli hawnhekk.
