Politika tal-Privatezza

Politika tal-Privatezza

Aħna impenjati li nipproteġu l-privatezza tal-viżitaturi u/jew tal-utent tagħna u ma niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm din l-informazzjoni ma tiġix provduta minnek b’mod volontarju.

Skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap 586), għandna dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kwalunkwe informazzjoni personali li niġbru mingħandek u se nimxu ma’ dan id-dmir. Nieħdu s-salvagwardji kollha meħtieġa biex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddux id-dettalji tiegħek miġbura mingħandek bħala viżitatur u/jew utent, lil xi parti terza sakemm ma tagħtiniex il-kunsens tiegħek biex nagħmlu dan jew kif awtorizzat mil-liġi.

Il-lista tar-regoli (‘Il-Policy’) tista’ tkun aċċessibbli faċilment permezz ta’ link li tkun fil-qiegħ ta’ kull paġna tas-sit.

Kif nipproċessaw data personali?

1) E-Forms​

Nistgħu niġbru informazzjoni personali fil-proċess tas-sottomissjoni ta’ formoli permezz tal-websajt, indirizzati lil Ministeru, Dipartiment jew Entità oħra tal-Gvern ta’ Malta skont il-każ. F’każijiet bħal dawn, il-websajt tintuża bħala User Interface u l-informazzjoni li tinsab permezz tal-formoli tiġi sottomessa għall-ipproċessar lill-Ministeru, Dipartiment jew Entità oħra rilevanti tal-Gvern ta’ Malta. F’dan il-każ, japplika l-perjodu ta’ żamma tas-servizz inkwistjoni.

2) Indirizz IP (protokol tal-internet) u identifikazzjoni

Is-server tal-web iżomm logs limitati dwar l-indirizzi IP jew il-post tal-kompjuter tiegħek fuq l-Internet, għal skopijiet ta’ amministrazzjoni tas-sistemi u soluzzjoni ta’ problemi. Ma nużawx logs tal-indirizzi IP biex nintraċċaw is-sessjoni tiegħek jew l-imġieba tiegħek fuq is-sit tagħna.

3) e-ID

Tista’ ukoll tuża l-faċilitajiet ipprovduti mill-Awtoritajiet Ċentrali, bħall-użu tal-kont e-ID tiegħek bħala mezz ta’ awtentikazzjoni. F’każijiet bħal dawn, il-kredenzjali tal-awtentik​azzjoni jkunu limitati għas-sessjoni attwali mill-web browser tiegħek.

4) Kuntatt/Feedback

Meta jużaw il-faċilitajiet online ta’ dan is-sit web, is-suġġetti tad-dejta jistgħu jintalbu jipprovdu d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom għal skopijiet ta’ kuntatt. L-informazzjoni kollha pprovduta fil-formola Ikkuntattjana/Feedback se tiġi pproċessata wara li tkun tajt il-kunsens tiegħek.

Il-cookies huma biċċiet żgħar ta’ dejta li s-sit jittrasferixxi lill-hard drive tal-kompjuter tal-utent meta l-utent iżur il-websajt. Din il-websajt tagħmel użu limitat mill-cookies u konsegwentement, għal aktar informazzjoni, qed tiġi ggwidat biex iżżur il-Politika tal-Cookies tagħna.

Id-drittijiet tiegħek

Bħala individwu inti tista’ teżerċita d-dritt li taċċessa l-informazzjoni miżmuma dwarek, għalhekk jekk għandek xi mistoqsijiet b’rabta ma’ din l-informazzjoni miżmuma minna, jekk kemm-il darba teżisti tali data, nitolbuk tikkuntattjana billi tissottometti t-talba tiegħek lill-kontrollur tad-data permezz tal-paġna ‘Ikkuntattjana’ fi ħdan is-sit tagħna.

Għalkemm se jsiru l-isforzi raġonevoli kollha biex l-informazzjoni tiegħek tinżamm aġġornata, int mitlub tinfurmana dwar kwalunkwe bidla fir-rigward tad-dejta personali miżmuma minn dan l-Uffiċċju. Fi kwalunkwe każ, jekk tikkunsidra li ċerta informazzjoni dwarek mhijiex preċiża, tista’ titlob rettifika ta’ dik id-dejta. Għandek ukoll id-dritt li titlob l-imblukkar jew it-tħassir tad-dejta. F’każ li ma tkunx sodisfatt bir-riżultat tat-talba tiegħek għal aċċess, tista’ tirreferi lment lill-Kummissarju tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dejta, żur www.idpc.gov.mt għad-dettalji ta’ kuntatt.

Biex nagħtuk servizz aħjar, is-sit tagħna jista’ jgħaqqdek ma’ numru ta’ links ma’ organizzazzjonijiet u aġenziji lokali u internazzjonali oħra. Meta tikkonnettja ma’ websajts oħra bħal dawn ma tibqax tkun soġġett għal din il-politika iżda għall-politika tal-privatezza tas-sit il-ġdid.

Dan is-sit juża Secure Sockets Layer (SSL) biex jiżgura trażmissjoni sigura tad-dejta personali tiegħek. Għandek tkun tista’ tara s-simbolu tal-katnazz fil-bar tal-istatus tal-qasam tal-indirizz tal-browser. L-indirizz tal-url jibda wkoll b’https:// li juri paġna web sigura. L-SSL japplika encryption bejn żewġ punti bħall-PC tiegħek u s-server li jikkonnettja. Kwalunkwe dejta trażmessa matul is-sessjoni tiġi encrypted jew scrambled u mbagħad decrypted jew unscrambled fir-riċevitur. Dan jiżgura li d-dejta ma tistax tinqara matul it-trażmissjoni.

Jekk ikun hemm xi tibdil f’din il-politika ta’ privatezza, aħna se nissostitwixxu din il-paġna b’verżjoni aġġornata. Għalhekk huwa fl-interess tiegħek li tiċċekkja l-paġna tal-“Politika ta’ Privatezza” kull darba li taċċessa l-websajt tagħna sabiex tkun konxju ta’ kwalunkwe tibdil li jista’ jseħħ minn żmien għal żmien.

Kwalunkwe kumment jew suġġeriment li jista’ jkollok u li jista’ jikkontribwixxi għal kwalità aħjar tas-servizz se jkun milqugħ u apprezzat ħafna. ​​​

L- Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Ministeru jista’ jiġi kkuntattjat fuq [email protected] .