Politika Dwar il-Cookies

Politika Dwar il-Cookies

Id-Direttorat huwa impenjat li jkun kompletament trasparenti u jipprovdilek l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tal-cookies meta żżur dan is-sit web. Naħdmu biex ma niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm ma tipprovdihiex volontarjament permezz tal-formoli online.

X’inhi cookie?

Cookie hija biċċa żgħira ta’ dejta li websajt titlob lill-browser tiegħek biex jaħżen bħala strings ta’ test fuq il-hard disk tal-kompjuter tiegħek. Il-cookies kollha huma ssettjati b’dati ta’ skadenza li jiddeterminaw kemm idumu fuq il-browser tiegħek. Ġeneralment, il-cookies jistgħu jitneħħew awtomatikament wara li tiskadi d-data ta’ skadenza jew inkella jistgħu jitħassru manwalment mill-utent.

Liema tipi ta’ cookies juża dan is-sit web?

Dan is-sit web jagħmel użu miż-żewġ tipi differenti ta’ cookies li ġejjin:

Cookies tas-sessjoni: dawn huma cookies temporanji li jintużaw biex jagħtuk aċċess għall-kontenut ta’ dan is-sit web. Dawn it-tipi ta’ cookies jiskadu u jitħassru hekk kif tagħlaq il-browser.

Cookies ta’ partijiet terzi limitati : dawn il-cookies huma stabbiliti minn entitajiet oħra għajr dan l-Uffiċċju u jistgħu jkunu temporanji jew persistenti. L-użu ta’ cookies ta’ partijiet terzi fuq dan is-sit web huwa ristrett u permess biss għall-iskop ta’ kondiviżjoni soċjali (jippermettilek taqsam l-artikli tagħna permezz tad-diversi netwerks tal-midja soċjali) u meta ninkorporaw kontenut fuq il-paġni ta’ dan is-sit web minn siti web oħra ta’ partijiet terzi.

Kif nista’ nħassar jew niddiżattiva l-cookies?

Jekk il-brawżer tiegħek MHUX ikkonfigurat, awtomatikament, biex jimblokka l-cookies kollha jew ċerti, inti tista’ tikkonfigura manwalment il-brawżer tiegħek biex jew tirrifjuta l-cookies kollha jew tikkontrolla liema cookies huma ssettjati fuq l-apparat tiegħek permezz ta’ dan is-sit web.

Id-diżattivazzjoni tal-cookies ta’ dan is-sit mhux se taffettwa l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek.